Żewġ Maltin jinsabu taħt investigazzjoni mill-awtoritajiet Taljani wara li 18-il avukat ġew arrestati f’Napli, fuq akkużi li ffrodaw b’miljuni ta’ ewro lil numru ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija Muniċipali ta’ Napli kixfu kif dawn l-avukati kienu parti minn grupp ta’ persuni li kienu jitolbu ħlas lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni għal inċidenti tat-traffiku li qatt ma seħħew. Jirriżulta li kien hemm mat-3,000 talba mill-assigurazzjonijiet li ma kinux veritiera.
Meta kienu jieħu l-flus, jew kontanti inkella f’forma ta’ ċekkijiet, kienu jikkollaboraw ma’ żewġ Maltin biex dawn jgħaddu f’kontijiet bankarji barra mill-Italja, prinċiparjament f’pajjiżna.
It-18-il avukat, ilkoll residenti f’Napli u l-madwar, qed jinżammu arrestati fi djarhom, waqt li seba’ persuni oħra qed jinżammu f’ħabs fl-Italja, akkużati li kienu l-organizzaturi ta’ dan is-serq. Hemm ukoll 24 persuna oħra li huma obbligati jiffirmaw f’għassa hekk kif huma akkużati b’xhieda falza.
//= $special ?>