“Hemm diversi realtajiet u bżonnijiet differenti għal diversi nies fis-soċjetà Maltija li ma ġewx milquta mill-white paper.”
Dan qalu d-direttur il-ġdid tal-Caritas, Anthony Gatt dwar il-white paper li hareg il-Gvern f’dawn l-aħħar jiem waqt intervista li saret minn Robert Cremona waqt il-programm Net Live.
Anthony Gatt qal illi wħud min-nies qed ikollhom jonfqu aktar minn terz tal-paga tagħhom għall-kera, b’riżultat li qed isibuha diffiċli biex ikollhom l-iktar affarijiet bażiċi.
Anthony Gatt appella biex tigi mfassla strategija shiha.
Id-Direttur tal-Caritas appella wkoll biex jibda jinghata sussidju personalizzat skont il-bżonnijiet ta’ dawk li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja minkejja li jaħdmu kontinwament.
//= $special ?>