Il-European League Group (EL) ressaq proposta bil-għan li jonqos id-distakk finanzjarju bejn l-aktar klabbs sinjuri u l-kumplament tal-klabbs tal-kontinent.
L-entità — umbrella group li jirrappreżenta lill-kampjonati tal-futbol domestiċi tal-Ewropa — se titlob lill-UEFA biex talloka anqas postijiet fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League lit-tims mill-aktar leagues prominenti.
Il-ħsieb hu li jonqos in-numru ta’ postijiet iggarantiti għall-‘ġganti’ – f’dan il-każ l-Ingilterra, il-Ġermanja, Spanja u l-Italja – minn erba’ għal tlieta.
L-EL sejjaħ ukoll biex il-finanzi jinqasmu ‘b’mod aktar ugwali’ bejn il-kompetizzjonijiet taċ-Champions League u l-Europa League u biex ‘jispiċċaw’ il-bidliet li jippremjaw lill-klabbs finanzjarjament għar-rekords storiċi tagħhom.
L-EL irid li l-UEFA timplimenta l-proposti meta tiddeċiedi l-format taċ-ċiklu li jmiss ta’ kompetizzjonijiet għall-klabbs Ewropej sa mill-2021-24. Dan ukoll meta mistennija deċiżjoni għal Diċembru.
//= $special ?>