Lokali

Ħadd ma weġġa’ f’argument bejn żewġ żgħażagħ; wieħed minnhom kien armat

Il-każ seħħ il-Ħadd bil-lejl fil-Pjazza tal-Ħamrun

Filmat li kiseb dan l-istazzjon juri dik li kienet ġlieda oħra fil-Pjazza tal-Ħamrun, illi sfortunatamenti saret post sinonimu ma’ dawn ix-xeni.

Is-sorsi tagħna qalulna li fl-argument bejn Malti ta’ 19-il sena u Eġizzjan intuża mus.

L-Eġizzjan, li għandu 23 sena, sofra feriti ħfief.

Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda fl-10pm.

Nies li kienu fil-post fil-ħin tal-argument stqarrew magħna jekk hux din is-sigurta’ li qed jirreferi għaliha l-Prim Ministru kull darba li jitkellem dwar il-Ħamrun u l-Marsa.