Il-Basilika tas-Sagrada Familia f’Barcellona, waslet għal ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ din il-belt Spanjola biex tħallas kont ta’ €36 miljun.
Dan peress li l-basilika ilha miftuħa għal 130 sena mingħajr permess tal-bini. Il-basilika hi waħda mill-postijiet turistiċi l-aktar imfittxija fi Spanja u hi protetta mill-UNESCO bħala wirt dinji u kienet disinjata mill-Perit Antoni Gaudi u ilha tinbena mill-1882. Il-pjan hu li l-bini fuqha jintemm fl-2026, iċ-ċentinarju tal-mewt ta’ Gaudi.
Is-sonmma issa se titħallas tul perjodu ta’ għaxar snin u l-Kunsill Lokali ta’ Barcellona qal li l-flus se jintużaw biex jitjieb it-trasport pubbliku u z-zoni madwar il-basilika.
Kull sena madwar 4.5 miljun persuna jżuru s-Sagrada Familia u madwar 20 miljun persuna oħra jinġabru fiz-zona madwarha biex jammirawha.
Kont ta’ €36 miljun għas-Sagrada Familia


