Is-settur tal-biedja mhux qed jingħata l-prijorita’ meħtieġa sabiex din tibqa’ industrija sostenibbli
Dan qalu Malcolm Borg, kordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi, waqt it-tnedija tal-istess għaqda.
Malcolm Borg qal li waħda mill-problemi tal-bidwi Malti hija l-Pitkalija. Hu qal li mhuwiex biss il-bini nniffsu li strutturalment huwa fi stat ħażin ħafna li huwa ta’ xkiel ghall-bidwi, iżda wkoll l-organizzazzjoni kif jinbiegħ il-prodott. Hu kompla jgħid li mhemmx ir-rieda politika sabiex is-sitwazzjoni fil-pitkalija titjieb.
Hu qal li minkejja l-ħafna weggħdiet, jidhjer li mhemmx rieda politika li tirtanġa s-sitwazzjoni f’dan is-settur.
Barra minn hekk, il-fondi Ewropej li huma allokati lilhom mhumiex faċilment aċċessibbli. Il-kordinatur tal-għaqda tal-bdiewa qal li meta jsiru applikazzjonijet għal dawn il-fondi, jgħaddu minn ħafna burokrazija u kemm-il darba jintilfu applikazzjonijet u jkollu jerġa jinbeda l-proċess mill-ġdid.
Mistoqsi dwar l-ilma ġdid li l-gvern wiegħed lill-bdiewa hu qal li għalkemm xi bdiewa għandhom aċċess għal dan l-ilma, hemm oħrajn fejn it-network għal dan l-ilma għadu ma wasalx għaz-zona tagħhom u oħrajn fejn saħansitra mhux se jasal.
Din l-għaqda giet imwaqqfa sabiex tagħti vuċi lill-bdiewa, li ġew imwarrba mill-gvern. Malcolm Borg qal li din l-għaqda tixtieq li ssaħħaħ ukoll ir-relazzjoni bejn il-bidwi u l-konsmatur, u ħeġġeġ lill-konsumaturi sabiex jersqu lejn l-għaqda għal informazzjioni dwar il-prodotti u war il-biedja Maltija.
//= $special ?>