Il-ħajja tiegħi inbidlet f’inqas minn 30 sekonda. Iżda illum mix-xewk qed noħorġu l-ward – u l-ward qed jidher f’din il-Fondazzjoni li semmejniha Blue Life.
Hekk stqarr il-kuntistabbli Simon Schembri li kien mistieden f’Net Live, fejn tkellem dwar l-inċident li kellu fil-bidu tas-sena meta saq għal fuqu żagħżugħ, f’aggressjoni li rari rajna bħalha.
Waqt l-intervista, sostna kemm hu jħossu emozzjonat li qed isib appoġġ minn diversi persuni … inkluż nies minn barra il-Korp.
Irrakkonta kif il-familja tiegħu sabet GĦAJNUNA KBIRA mill-kollegi tiegħu wara l-inċidenti ikrah li ġralu. U illum, 5 xhur wara, Simon Schembri jħossu bniedem mibdul.
Din il-ġimgħa Simon Schembri u sħabu waqqfu l-Blue Life Foundation sabiex ikunu ta’ appoġġ f’każi fejn hemm bżonn għajnuna għal membri ta’ korpi dixxiplinati.
//= $special ?>