Allert massimu mill-Pulizija u l-AFM
Il-Pulizija u membri tal-EOD għamlu tfittxija taħt karozzi fi Triq il-Qasab f’Birkirkara fejn kien hemm rapporti ta’ splussiv.
Kien għalhekk li l-armata ħadet il-prekawzjonijiet kollha, filwaqt li l-Pulizija għalqu kompletament l-aċċess fil-post.
It-tfittxija li ħadet madwar 45 minuta, rriżultat fin-negattiv u t-triq reġgħet infeħet għat-traffiku.
//= $special ?>