Mietu ‘il fuq minn 60 persuna – b’aktar minn mija jisfaw midruba – waqt inċident b’ferrovija li seħħ ilbieraħ qrib ta’ Amritsar, fl-Istat ta’ Punjab, fl-Indja. Fl-aħħar sigħat kien ikkonfermat li l-mejtin jinkludu diversi tfal.
Fil-ħin tal-inċident, il-vittmi kienu bil-wieqfa fuq il-binarji tal-ferrovija huma u jsegwu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festival ta’ Dusshera, organizzat mill-komunità tal-Hindu b’ewloġju ‘għat-trijonf tat-tajjeb fuq il-ħażin’.
Ir-rapporti qalu li n-nies ma semgħux il-ferrovija meta kienet qed tavviċinahom u waqt li huma kienu mitlufin jaraw attività bil-logħob tan-nar bħala parti mill-programm.
Xi rapporti konfliġġenti qalu li dak il-ħin, l-organizzaturi tal-festival kienu qalu lin-nies biex jirtiraw mis-sit tal-attività, u b’oħrajn jinsistu li n-nies ‘ġrew għal fuq il-binarji għaliex beżgħu li xbigħa kbira li ngħatat in-nar setgħet iċċedi għal fuqhom’.
Ix-xhieda fl-inħawi qalu li ħafna nies fuq il-binarji kienu qed jiġbdu filmati tal-attivitajiet bit-telefons ċellulari u ma ndunawx li l-ferrovija ‘kienet waslet fuqhom’ hi u tivvjaġġa b’veloċità kbira.
//= $special ?>

