Il-Gvern ta’ koalizzjoni fl-Awstralja tilef il-maġġoranza ta’ siġġu fil-Parlament wara by-election f’Sydney. Intant, Kerryn Phelps, tabiba u kandidat indipendenti popolari, rebħet faċilment is-siġġu ta’ Wentworth.
L-Awstralja kellha sitt Prim Ministri fi tmien snin u issa l-pajjiż mistenni jgħaddi minn aktar inċertezza.
Il-Partit Liberali fil-Gvern tal-Prim Ministru Awstraljan, Scott Morrison, kien qed jissielet biex iżomm il-kontroll ta’ Wentworth wara li warrab il-Prim Ministru Awstraljan ta’ qablu, Malcolm Turnbull.
Sadanittant, ir-riżultat favur Kerryn Phelps ifisser li l-Partit taċ-ċentru-lemin se jeħtieġ l-appoġġ tad-deputati indipendenti biex,’il quddiem, jegħleb voti ta’ sfiduċja. Dan meta tnejn mid-deputati indipendenti diġà qalu li mhumiex se jagħtu għajnuna lil Morrison.
//= $special ?>

