Dimostranti fl-Ingilterra li jridu referendum dwar il-ftehim finali għall-Brexit organizzaw dik li kellha tkun ‘l-akbar u l-aktar dimostrazzjoni importanti’ ta’ dan it-tip f’Londra.
Il-marċ u r-rally li qed isiru f’Parliament Square kienu organizzati mill-attivisti tal-kampanja People’s Vote u għalihom attendew għexieren ta’ eluf, b’mod partikulari ż-żgħażagħ.
Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May diġà warrbet għal ‘tieni referendum’ wara li l-poplu Britanniku , f’Ġunju tal-2016, ivvota biex joħroġ mill-UE.
Ir-Renju Unit għandu jispiċċa minn membru tal-UE fl-aħħar ta’ Marzu li ġej. Intant, id-dimostrazzjoni tal-bieraħ f’Londra kienet appoġġjata minn deputati li kienu jirrappreżentaw il-partiti politiċi ewlenin kollha tar-Renju Unit.
//= $special ?>

