Lokali Saħħa

Tnax-il siegħa sfida fid-daħla tal-Belt

Li tgħix ħajtek issofri mill-Parkinson’s tfisser tip ta’ ħajja fejn kull ġurnata hija sfida.

F’ċerti ġranet tkun tistà timxi mgħaġġel. Fi ġranet oħra bilkemm tkun tista’ tkarkar saqajk, u f’każjiet oħra tkun tista’ tagħmel biss passi żgħar.

Bl-iskop li jiġbor fondi b’risq l-għaqda li taħdem mal-vittmi tal-parkinsons, Step up for Parkinsons, u jfakkar il-memorja ta’ oħtu Tania li mietet b’kanċer, Chris Mamo għażel li jqatta’ l-ġurnata tas-Sibt jitla’ u niżel it-turġien fid-daħla tal-Belt.

Chris Mamo tilef lil oħtu Tania meta kellha biss 26 sena minħabba kanċer fl-għonq tal-utru. It-telfa tagħha affettwatu ħafna u b’tifkira tagħha kull sena qed jagħmel sfida fiżika biex jgħin persuni li jbatu minn xi mard partikolari. Chris kellu karriera militari ta’ tnax-il sena mal-armata Ingliża. Huwa qalilna aktar dwar it-tħejjijiet għal din l-isfida u l-ħin li għamel jipprepara għalija.

Step up for Parkinsons bdiet is-sena l-oħra u kienet tilqa fiha 8 persuni … illum tilqa’ fi ħdana mal-130 ruħ. Il-ħidma tal-organizzazzjoni hija li tgħin lil dawk kollha vittmi ta’ din il-marda, kemm bħala fondi għall-pazjenti u kif għal aktar riċerka.