61 persuna qed jiffaċċjaw akkużi li saħansitra jinvolvu rabtiet mal-mafja, kif ukoll ħasil tal-flus, ġbir illegali ta’ flus ġejjin mil-logħob onlajn, serq fil-konfront tal-Istat Taljan, intestazzjoni fittizja tal-assi kif ukoll traffikar tad-droga.
Dan hekk kif fl-Italja ġiet fi tmiemha l-investigazzjoni ‘Game Over’ immexxija mill-Prokura ta’ Palermo u li kien ilha għaddejja sa minn Frar li għadda. Fost oħrajn instabu biżżejjed provi tal-involviment tal-kumpaniji tal-gaming Phoeniex International, li attwalment qed titmexxa minn persuna appuntata mill-Qorti, kif ukoll il-kumpanija Leaderbet li hi suspettata li għandha rbit mal-kriminalità Palermitana.
Fit-tmexxija tal-illegalitajiet hemm Benedetto ‘Nini’ Bacchi, akkużat b’assoċjazzjoni mafjuża kif ukoll ħasil tal-flus tal-mafja. Miegħu hemm ukoll Antonio Lo Baido, akkużat li kien jilħaq ftehim mal-kapijiet ta’ assoċjazzjonijiet kriminali mill-kwartieri ta’ Palermo
Jirriżulta li huma kienu jużaw diversi kumpaniji ta’ Phoenix International biex jintlagħbu flus il-mafja u għalhekk jinħeba minn fejn kienu ġejjin dawn il-flus. Il-61 akkużat issa għandhom 20 ġurnata biex jiddefendu lilhom infushom u jekk ma jikkonvinċux lill-awtoritajiet allura jitressqu quddiem Imħallef għal ġudizzju.
//= $special ?>