Lokali

FILMAT: Yana Mintoff Bland – “Impossibli tgħix b’€500 fix-xahar”

“Impossibli tgħix fuq €500 fix-xahar meta l-affarjiet bażiċi qed jgħolew”. Dan kien wieħed mill-kummenti li tatna t-tifla tal-eks Prim Ministru Mintoff… Yana Mintoff Bland …li tkellmet maghna dwar il-problemi fil-kirjiet, u l-problemi tal-għoli tal-ħajja.

Hi għamlet referenza għal kif il-pensjoni ta’ numru ta’ anzjani hija fissa, u li din mhux se tinbidel. Sostniet li jekk il-piż fil-prezzijet fil-għoli tal-ħajja, bħal f’affarjiet bħall-ħalib u l-ħobż se jkomplu jiżdiedu, dan ifisser li dawn se jidħlu f’faqar akbar milli diġà qed jesperjenzaw.

B’referenza għall-American University of Malta hi qalet li dan il-progett f’Bormla ma’ kien investiment xejn u serva b’mod negattiv. Dan b’detriment enormi fuq il-komunità Bormliża u tal-madwar.

Sinifikanti l-kumment tat-tifla tal-Perit Mintoff illi sostniet li l-Gvern laburista nesa l-Kottonera. Qalet ukoll li minhabba l-kera u l-problemi tal-għoli tal-ħajja, numru ta’ Girbin litteralment tkeċċew minn dik li kienet tissejjaħ dar tagħhom.