Lokali

FILMAT: Testijiet biex jiġu evitati imwiet relatati ma’ problemi tal-qalb

Il-problemi fil-qalb huma l-ikbar kaġun li jwasslu għall-mewt naturali.

Biex jitqajjem iktar għarfien dwar dawn il-problemi u jiġu evitati imwiet għall-għarrieda, diversi għaqdiet ingħaqdu flimkien fl-Isptar Mater Dei fejn saru diversi attivitajiet.

Ic-chairman tad-dipartiment tal-kardjoloġija, Dr. Robert Xuereb spjega ma’ Net News il-bżonn ta’ din l-attività li saret matul il-jum tal-Ħadd.

Dr. Mark Abela kompla jispjega li problemi fil-qalb m’għandhom ibeżżgħu lil xi ħadd, iżda hemm diversi affarijiet li jistgħu jsiru biex jiġu evitati.

Matul din il-ġurnata saru diversi laqgħat biex jiġu spjegati l-problemi tal-kardjoloġija, saru diversi testijiet mill-istudenti tal-mediċina, u saru wkoll sezzjonijiet fejn dawk preżenti ġew murija kif għandhom jagħtu l-ewwel għajnuna f’każ  ta’ bżonn.

Ritratti: Martin Aguis