Bin-numru ta’ Anzjani u Penjonanti kulma jmur dejjem qed jikber f’pajjiżna, u meta dawn qed isibu ma’ wiċċhom numru ta’ problemi li jwasslu lil diversi persuni jaqgħu fil-faqar, fil-Budget għas-sena d-dieħla l-Gvern ħasel idejh.
Dan hekk kif, minkejja diskors twil f’dokument ta’ 100 paġna, ftit li xejn hemm referenzi għall-Anzjani u l-Pensjonanti, bi kważi l-ebda inizjattivà ġdida. Dan juri Gvern bla pjan li ma jistax jaħrab mill-problemi li ħoloq hu stess fl-aħħar snin.
F’dak li għandu x’jaqsam maż-żieda fil-pensjoni, din se tkun €2.17 fil-ġimgħa. Dan apparti l-COLA.
F’dan is-seba’ Budget tal-Gvern Laburista, m’hemm xejn ġdid biex l-snzjani jaffaċjaw problemi riċenti li qed isibu ma’ wiċċhom.
Barra minhekk, is-solitudni tal-Anzjani u l-ħarsien tagħhom baqgħu ma ġewx indirizzati, bl-ebda proġett infrastruturali għal Ċentri jew Djar ta’ Anzjani ma jiġu mħabbra.
U fid-dawl tal-problemi ta’ dawk l-aktar fil-bżonn, dawn ftit li xejn ġew indirizzati, b’mod speċjali l-kirjiet għolja u l-prezzijiet tal-propjetajiet, xi ħaġa li qed tkun ta’ piż fuq bosta anzjani. Wara dan il-Budget, il-poplu jibqa’ jistaqsi għand min qed imur is-surplus.
Bil-ftit imur għand il-ħafna u proġetti u investiment fl-Anzjani jiġu ndirizzati b’mod limitat, il-Budget 2019 f’dan is-settur baqa’ kważi fula maqsuma għal dawk tas-snin l-imgħoddija.
//= $special ?>