Ekonomija Lokali

BUDGET 2019: €2.33 li diġà nxtorbu miż-żidied fil-prezzijiet

Sa għada, din iż-€2.33 se tkun infaqtha fil-prezzijiet li għolew matul is-sena

Minkejja s-surplus li jiftaħar bih il-Gvern ta’ Muscat, għal sena oħra fis-seba’ Budget tiegħu, kellna waħda mill-iżgħar żidiet għall-għoli tal-ħajja.

Fil-fatt, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar żieda ta’ €2.33, li hi ħarira aħjar mill-€1.75 tas-sena li għaddiet. Hu ħabbar iż-żieda għall-għoli tal-ħajja fid-Diskors tal-Budget.

Dan ifisser li sa għada filgħodu stess, se tkun diġà nfaqt iż-€2.33 fiż-żieda fil-prezzijiet tal-affarijiet meħtieġa, bħall-ħobż, il-gass, il-petrol, id-diesel, il-pastizzi, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib bħall-butir, il-yogurt, u l-ġbejniet.

B’din l-allokazzjoni, jidher ċar li l-Gvern qed jipprova biss itaffi miż-żidiet li ħabbar matul is-sena.