Il-Gvern Laburista jidher li abbanduna għalkollox il-pjan li kien implimenta Gvern Nazzjonalista, li jibni Skola ġdida kull sena.
Wara li l-Gvern kien ipprova jirkeb fuq din il-wegħda fl-aħħar sitt Budgets tiegħu, din ma tissemmiex aktar fil-Budget għall-2019, fejn l-uniku proġett għall-Iskejjel hu dak ta’ modernizzar għal Skola f’Ħal Qormi.
Dan in-nuqqas ta’ Gvern Laburista jkompli fuq il-problemi mhux solvuti fil-qasam tal-Edukazzjoni, tant li minn din is-sena, l-Istudenti ma setgħux jużaw l-Iskejjel imwegħda tal-Qawra u Marsaskala, li x-xogħol fuqhom kellu jkun lest iżda għadu għaddej.
Injorati l-Għalliema, li jissemmew biss f’sottotitlu, fejn tissemma’ biss inizjattiva ta’ korsijiet ġodda biex l-Għalliema jadattaw ruħom għall-bidliet.
//= $special ?>