Fil-qasam tal-Isport, il-Gvern jerġa’ jsemmi l-wegħda ta’ Pixxina ‘indoor’ fil-Kumpless tal-Isport tal-Kottonera, għalkemm din il-wegħda diġà saret is-sena li għaddiet iżda lanqas għadu tlesta t-twaqqigħ tal-faċilitajiet fil-kumpless tal-għawm.
Fil-Budget, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna rrimarka kif diversi proġetti fil-lokalitajiet fejn għandna spazji miftuħa u ‘pitches’ żgħar, dawn ma ġewx miżmuma tajjeb, tant li wħud minnhom lanqas jistgħu jintużaw għax huma ta’ periklu.
Dan in-nuqqas serju ta’ manutenzjoni matul is-snin wassal biex l-investiment li kien sar minn Gvern Nazzjonalista nħela u l-Gvern se jispiċċa jonfoq madwar €600,000 għal 18-il post simili.
Ironikament, fil-Budget il-Gvern jiftaħar ukoll li mis-sena d-dieħla se nibdew naraw il-frott tal-Liġi ġdida ta’ kummerċjalizzazzjoni, fid-dawl ta’ kritika li kien hemm din il-ġimgħa minn Valletta FC li proġett privat ta’ €250 miljun biex jinbena stadium u belt sportiva għamel passi lura wara laqgħat mal-awtoritajiet u bi kritika mill-klabb għan-nuqqas ta’ appoġġ mill-Gvern.
//= $special ?>