Il-konfederazzjoni Forum Unions Maltin (For.U.M.) bħala reazzjoni inizzjali tgħid li dan il-Budget jinkludi diversi miżuri konkreti li wħud minnhom jikkonsolidaw il-ħidma tal-Gvern f’dawn l-aħħar snin. Il-For.U.M. qed tħares b’interess lejn miżuri li jaffettwaw lill-familji u għaldaqstant lill-ħaddiema, bħaż-żidiet fic-children’s allowance, l-aġġustament tal- anomalija fuq it-taxxa tal-impjiegi part-time u t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-miżati għall-familji li wliedhom jattendu skejjel indipendenti.
Ma’ dawn wieħed irid iżid ukoll il-miżuri diretti li jaffetwaw lill-ħaddiema, bħall-ogħti ta’ ġurnata oħra leave mal-btajjel li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa.
Il-For.U.M. jinnota wkoll b’dispjaċir iżda li l-proposti tagħha dwar is-sick leave tal-impjegat biex dan ikun jista’ jintuża għal dawk dipendenti minnu, il-proposta tal-leave tal-maternità maqsum bejn il-koppja, ir-reviżjoni tal-capping tal-pensjonijiet, u l-iskemi ta’ irtitrar kmieni ma ġewx ikkunsidrati f’dan il-Budget.
//= $special ?>