Il-GRTU ddeskriviet il-budget ippreżentat mil-Gvern bħala wieħed ġeneralment pożittiv iżda fuq kollox innotat li hu budget nieqes mill-kreattività u li ma jirriflettix il-mod li bih kibret l-ekonomija.
Fi stqarrija, il_GRTU ddikjarat li b’ekonomija b’saħħitha u bis-surplus, in-negozjanti iż-żgħar stennew fost oħrajn li titnaqqas b’mod sostanzjali t-taxxa u li t-tnaqqis fit-taxxa jkun qed jindirizza l-vantaġġ li għandhom in-negozji barranin.
Tiddikjara wkoll li kien hemm stennija li tikber l-iskema tal-Microinvest li biha negozji jieħdu rifużjoni fit-taxxa fuq l-investiment li jkunu għamlu kif ukoll l-introduzzjoni ta’ inizjattivi biex tkun indirizzata l-problema serja ta’ nuqqas ta’ ħaddiema.
“Il-GRTU filwaqt li tinnota b’sodisfazzjoni li diversi inċentivi mis-snin imgħoddija ġew estiżi, għal din is-sena tħoss nuqqas serju ħafna f’dawk li huma ideat ġodda li jinċentivaw in-negozji ż-żgħar. Qabel il-baġit, il-GRTU għamlet diversi proposti li baqgħu ma ġewx ikkunsidrati,” jingħad fl-istqarrija.
//= $special ?>