Lokali Parlament

Edizzjoni speċjali ta’ Net Live illejla f’jum il-Budget

It-Tlieta In-Nazzjon b'analiżi dettaljata u r-reazzjonijiet kollha tal-unions

Illejla Net Television u Net FM se jkunu qed iwasslu edizzjoni specjali tal-programm Net Live b’analizi ta’ dak kollu li joħroġ mill-Budget. Fl-istudios, mistiedna ekonomisti, politici, unions u l-korpi kostitwiti.

Net Live jibda mill-5:30pm ‘il quddiem, filwaqt li filgħaxija l-aħbarijiet jixxandru eżatt kif jispiċċa d-diskors tal-Ministru Edward Scicluna – bulettin ta’ Net News illi fih it-tim ta’ ġurnalisti tagħna jwassal stampa spjegata u dettaljata tal-mizuri kollha tal-Budget, kif ukoll l-ewwel reazzjonijiet.

Eżatt wara Net News ikompli l-programm Net Live, li se jkollu preżentazzjoni ta’ Fabian Demicoli u Lisa Spiteri. Tul il-programm Net TV se jwassal diversi kollegamenti diretti mill-bini tal-Parlament, u aktar tard inxandru l-konferenza tal-aħbarijiet li jagħti l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.