Il-Gvern prova jpinġi l-Budget b’tali mod li jinstema’ sabiħ billi jinħbew diversi realtajiet u kwistjonijiet li jmissu dak li veru għandu bżonn il-poplu Malti u Għawdxi, iżda meta affaċċjat mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti ta’ NET News, il-Prim Ministru Joseph Muscat ma kienx kapaċi jirrispondi – anzi ħarab mill-verità.
Waħda mill-mistoqsijiet ta’ NET News kienet dwar il-wegħda li tinbena skola ġdida kull sena – iżda fir-risposta tal-Prim Ministru Joseph Muscat kienet li qisu qed jagħmel xi pjaċir lill-istudenti u l-għalliema, li l-Gvern qed iħallas għall-manutenzjoni tal-iskejjel preżenti.
L-istess retorika ta’ Muscat, fis-seba’ budget, tiegħu reġgħet ġiet għal darb’oħra – fejn tefa’ t-tort f’ta’ qablu u farfar mir-responsabbiltà – hekk kif għad hawn min mhux qiegħed ileħħaq mal-ħajja biż-żieda miżera ta’ €2.33 fil-COLA filwaqt li l-prezzijiet qegħdin jisparaw il’ fuq.
F’mistoqsija oħra, NET News ġibed l-attenzjoni dwar il-wegħda ta’ trakka għall-karozzi – wegħda li għal darb’oħra ma ssemmiet imkien. Hawnhekk Muscat, fir-risposta tiegħu, kompla jħalli jittammaw lid-dilettanti tal-motor sports.
//= $special ?>