San Pawl il-Baħar hi l-ikbar lokalità f’Malta hekk kif ċifri uffiċjali ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern u mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi jindikaw li hawn jgħixu 26,133 resident.
San Pawl il-Baħar hu segwit minn Birkirkara, fejn wieħed isib 23,570 persuna rreġistrati u Tas-Sliema b’21,068 resident.
Għall-kuntrarju, l-iżgħar lokalità f’Malta hi l-Imdina, b’237 resident, segwita mil-lokalitajiet Għawdxin tal-Għasri, fejn jgħixu 424 persuna u San Lawrenz fejn huma rreġistrati 690 persuna.
Iċ-ċifri juru wkoll li l-popolazzjoni ta’ pajjiżna tilħaq l-475,701 persuna.