Lokali

Mara u żewġ tfajliet żgħażagħ iweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Mara ta’ 30 sena u żewġ tfajliet ta’ 17-il sena li kienu passiġġieri fil-vettura tagħha ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta head on fi Triq Burmarrad, f’Burmarrad.

L-impatt seħħ għall-ħabta tas-18:30 bejn il-vettura tal-mara, Toyota Avensis, u Hyundai I30 misjuqa minn raġel ta’ 32 sena minn Birkirkara. Kien hemm bżonn l-intervent tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex inħarġu mill-vetturi tagħhom uħud involuti.

Il-ġrieħi tal-mara għad mhux magħrufa waqt li t-tfajliet sofrew ġrieħi ta’ natura gravi u ġrieħi ħfief rispettivament.