Lokali

RITRATTI: Ammont ta’ ġebel jaqa’ minn binja ġdida li għadha qed tinbena

Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta ċediet il-bażi li kellha sservi biex fuqha tinbena gallarija f’binja li għadha fi stat ta’ kostruzzjoni.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi sqaq li jinsab fil-bidu ta’ Triq Clarence, l-Imsida, ftit bogħod minn żewġ stabbilimenti tal-ikel.

Persuni li tkellmu magħna rrakkontaw kif diversi ġebel ta’ daqs kbir niżel f’dan l-isqaq kawża tal-ħsara f’din il-gallarija. Huma esprimew it-tħassib tagħhom għal dan il-każ anke fid-dawl li ż-żona ta’ dawn l-istabbilimenti hi frekwentata sew, b’mod speċjali studenti tal-Junior College.