Lokali Transport

RITRATTI: Sistema ġdida ta’ traffiku toħloq kaos fl-Imrieħel

It-tibdil li xpruna Ian Borg ġab biss problemi

Is-sistema l-ġdida ta’ immaniġjar ta’ traffiku fl-Imrieħel ħolqot kaos sħiħ kmieni dalgħodu. Dan hekk kif diversi sewwieqa sabu numru ta’ toroq one-way u t-traffiku ġie devjat b’mod li aktar ikkawża problemi.

Net News hu nfurmat illi kien il-Ministru Ian Borg li xpruna dawn it-tibdil għaliex xtaq li jirranġa r-rotot f’din iz-zona industrijali. Iżda dan kollu, sfortunatament, sar mingħajr konsultazzjoni mal-intrapriżi li hemm fl-Imrieħel.