Il-Pulizija ressqet il-Qorti żewġ Bulgari ta’ 28 sena li akkuzati fost l-ohrajn b’serq aggravat minn stabbilimenti, Il-Bulgari… Marin Minev u Ivan Gyurov instabu hatja, b’Minev jintbghat 3 snin habs u Gyurov sentejn habs.
Kien ħidma intensiva f’dawn l-aħħar 48 siegħa li wasslet sabiex ol-Pulizija rnexxielha tasal ukoll biex isolvi każ partikolari li jmur lura għas-sena 2016 u li twettaq miż-żewg Bulgari.
Il-Bulgari kienu arrestati fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit. Huma twaqqfu wara li l-Pulizija nnutaw vettura tal-għamla Hyundai, li dehret suspettuża.
Waqt tfittxija li saret fil-vettura, instabu diversi oġġetti li jintużaw biex jiġu żgassati s-serraturi, balaklavi u oġġetti oħra. Dan l-istazzjon huwa infurmat li mill-investigazzjonijiet illi saru jirriżiulta li ż-żewġ Bulgari kienu għadhom kemm pruvaw iwettqu serqa, iżda ghal xi raġuni din fallitilhom.
L-Investigazzjonijiet f’dan il-kaz tmexxew mill-Ispetturi Fabian Fleri u Lydon Zammit mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.
L-akkużati dehru quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri.
//= $special ?>