Għall-pensjonanti, iż-żieda li ta l-Gvern ta’ €4.50 żgur li mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-piżijiet kbar li qed jiffaċċjaw. Hekk qalulna diversi persuni li tkellmu magħna l-għada tal-Budget.
Ħafna min-nies li kellmuna qalulna li ma kienux interessati – oħrajn, ma kienux impressjonati. U hemm ukoll min saħansitra raqad waqt id-diskors.
Intant, it-Tnejn li ġej issir ir-replika għal dan id-diskors mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia – replika li se tixxandar b’mod dirett minn Net Television, Net FM u netnews.com.mt.
//= $special ?>