Għawdex Lokali

Bżonn ta’ finanzjament aktar adegwat għall-Università ta’ Għawdex – GUG

Hemm bżonn li l-Università ta’ Għawdex ikollha finanzjament aktar adegwat biex isirilha x-xogħol ta’ manutenzjoni li tant teħtieġ.

Hekk qal il-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) fi stqarrija b’reazzjoni għall-Budget 2019. L-għaqda qalet li jekk l-intenzjoni hi li l-Kampus ikomplu jintuża’, għandha ssirlu l-ħdma meħtieġa biex l-ambjent ikun aktar adegwat.

Min-naħa l-oħra, il-GUG qalet li l-Budget għas-sena d-dieħla għandu jtejjeb is-settur edukattiv, filwaqt li appellat lill-Gvern biex jinvesti wkoll fl-Istudent Għawdxi għax dan l-investiment jista’ jfisser biss pass ‘il quddiem ta’ benefiċċju.