Għall-ħabta tas-7.30pm, fil-metro ta’ Ruma, diversi sapporters Russi li kienu fi triqthom lejn il-ground Olimpico ta’ Ruma biex isegwu l-logħba taċ-Champions League bejn Roma u CSKA Moscow, indarbu meta ċeda escalator.
L-ammont ta’ dawk midruba sissa tela’ għal madwar 24. Uħud minn dawk midruba għadhom ġrieħi serji f’saqajhom.
Filmati fuq il-midja soċjali juri lin-nies jiġu mgħaffġa fin-naħa ta’ isfel tal-escalator. Jidher li l-inċident kien ikkawżat minħabba li fuq l-escalator kien hemm id-doppju ta’ kemm suppost jiflaħ nies.
L-aġenzija tal-aħbarijiet Taljana Ansa rrappurtat li fuq il-post issejħu diversi servizzi ta’ emerġenza filwaqt li l-istazzjon tal-metro kellu jingħalaq.
//= $special ?>