– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella biex il-gvern jippjana fit-tul dwar l-ambjent u biex il-politika tal-gvern tkun xprunata mill-ġid komuni.
Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-flus m’għandhomx ikunu r-riga dwar jekk persuna tirnexxi jew le. L-iżvilupp sostenibbli għandu x’jaqsam mal-kwalità tal-ħajja. Hu qal li l-ambjent qatt ma sofra attakk qawwi daqs dawn l-aħħar ħames snin u bħala eżempju semma l-Università tal-Ġordaniżi li kienet falliment. Din ingħtat medda kbira ta’ art lill-barranin; lil persuni li qatt ma kienu involuti fis-settur edukattiv. Dan wassal għal kuxjenza ambjentali fis-soċjetà.
Malta qed issir pajjiż li fih diffiċli tgħix fejn ħafna nies iridu jsiefru biex jibdlu ftit l-ambjent. Il-pajjiż qed isir soffokanti u l-poplu qed jitlef ħafna mis-sabiħ tal-ħajja biex jikseb il-ġid materjali qabel kull xi ħaġa oħra. M’għandux isir waqfien għall-iżvilupp iżda għandu jsir waqfien tal-kuntratti ta’ korruzzjoni.
Jason Azzopardi qal li l-budget hu nieqes minn proposta waħda dwar it-tniġġiż tal-arja u ppropona li l-pajjiż jibda jiddiskuti sistema ta’ trasport tal-massa nadifa. Fi tliet snin se jerġa jkun hemm l-istess problemi fit-toroq, li issa qed jitwessgħu. Hu qal li l-gvern daħħal mentalità li jsir il-bini u wara jkun hemm l-applikazzjoni għall-istess xogħlijiet.
L-Oppożizzjoni se tivvota favur iżda għandha riżervi u se tressaq proposti. Hu semma l-proposta tal-PN dwar il-Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri u qabel mal-ħatra ta’ Maurice Mizzi. Ftit ilu Maurice Mizzi ħareġ jikkritika l-proġett tad-db f’Pembroke.
Jason Azzopardi qal li l-gvern se jnaqqas l-attenzjoni minn fuq l-għaqdiet ambjentali volontarji u qal li l-vuċi tal-għaqdiet ambjentali m’għandhomx jiddgħajfu. Malta tilfet 8 postijiet, mit-22 għat 30 post, fir-rapport tal-UN wdar l-ambjent.
It-tessut soċjali ta’ ħafna lokalitajiet qed jinbidel b’mod irriversibbli fejn Malta qed tilfef 100 post antik fis-ssna. Din l-Art Ħelwa għamlet madwar 600 oġġezzjoni iżda ftit biss kienu mismugħa. Is-Sovratindent tal-Wirt Kulturali llum daħal f’qoxortu llum. Il-pajjiż għadu bla Master Plan għal Paceville.
Jason Azzopardi qal li r-Rettur tal-Univeristà tkellem dwar l-importanza tas-sostenibbiltà fl-ambjent fejn appella dwar ħames prinċipji tal-ambjent għaliex l-istatistika turi li Malta hi fl-aħħar post mill-UE kollha, skont il-Eurostat, dwar skart li jispiċċa fil-landfill u fl-ammont ta’ prodott riżiklati. Dwar l-ilma jirriżulta li hawn disponibbli 23 miljun metru kubu ta’ ilma iżda nikkunsmaw 65 miljun metru kubu ta’ ilma. Ir-Rettur irrikonoxxa wkoll li l-kwalità tant naqset li hu impossibbli li tistrieħ mingħajr l-effetti tal-bini.
Hu qal li ċ-ċens tal-gvern tat-Tigullio kien tarsferit għal €11.5 miljun biex jinbena blokk ta’ 11-il sular. Min qed jidher f’dak il-kuntratt qed jidher għal xi ħadd fiċ-ċentru tal-poter.
Jason Azzopardi tkellem dwar ir-reviżjoni tal-policy tal-petrol stations u qal li bi dritt il-poplu għandu jkun jaf x’seħħ mill-policy dwar ir-reviżjoni. Hu qal li t-tkabbir ta’ dawn il-fuel stations hu ġenn meta x-xejra hi li l-pajjiżi qed jimxu lejn karozzi li ma jaħdmux bil-petrol.
//= $special ?>