Ħu s-sewwieq barrani li miet f’inċident bil-mutur fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet tkellem għall-ewwel darba fil-pubbliku dwar il-mument diffiċjli li l-familja għaddejja minnu bħalissa, fejn irringrazzja lil dawk kollha li qed ikunu ta’ sostenn għalihom.
Fuq Facebook, Dana Marlin sostna li l-appoġġ tan-nies kien xi ħaġa verament sabiħa.
L-Amerikan ta’ 50 sena Chris Marlin, tilef ħajtu f’inċident bil-mutur, il-Ħadd f’nofs il-lejl. L-inċident seħħ mar-roundabout magħrufa bħala tax-Xintill f’Ħal Tarxien.
Chris Marlin kien residenti f’Ta’ Xbiex, u fil-fatt il-funeral tiegħu se jsir l-Erbgħa f’din il-lokalita’.
Marlin kien raġel li jħobb ħafna l-muturi. Għalih il-mutur kien il-mezz li bih kien jaħrab il-ħażen li jaħkem id-dinja. Marlin kien jieħu gost isuq fit-tul u jitpaxxa bix-xenarji sbieħ.
Riċentament kien poġġa’ post fuq il-media soċjali fejn irringrazzja lil dawk kollha li kienu jitolbu għalih u jappoġġjawh għalkemm ma kinux komdi bil-fatt li jsuq mutur.