Il-President taċ-Ċina, Xi Jinping, inawgura uffiċjalment l-itwal pont fid-dinja, bl-inawgurazzjoni ssir disa’ snin wara l-bidu tal-kostruzzjoni tiegħu.
Il-pont, li jinkludi t-toroq għall-aċċess, hu wiesgħa mal-55 kilometru u jservi bħala konnessjoni minn Hong Kong ghal Macau u mal-belt Ċiniża ta’ Zhuhai.
Il-pont kien sewa l-ekwivalenti ta’ kważi 20 biljun ewro biex jinbena u suppost li kien inawgurat fl-2016. L-uffiċjali ikkonfermaw li talanqas 18 il-ħaddiem tilfu ħajjithom waqt ix-xogħol fuq dan il-proġett.
Preżenti ma’ Jinping waqt l-inawgurazzjoni tal-pont, f’Zhuhai, kien hemm ukoll il-Mexxejja ta’ Hong Kong u Macau.
//= $special ?>

