L-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) tawgura li s-surplus li l-Gvern ħabbar li għandu fil-Budget jissarraf f’aktar investiment fil-qasam tas-Saħħa, partikolarment biex tiġi indirizzata l-problema ta’ nuqqas ta’ professjonisti, fosthom l-Infermiera u s-Social Workers.
Fi stqarrija, b’reazzjoni għall-Budget, l-MUMN appellat ukoll lill-Gvern biex il-ġurnata leave li żdiedet biex tagħmel tajjeb għall-Festi kollha li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa tingħata sħiħa lil kulħadd.
L-Union qalet ukoll li l-benefiċċji, li se jkunu qed jiingħataw lil dawk il-ħaddiema li jirriskjaw ħajjithom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ikunu estiżi fil-qasam tas-Saħħa għal dawk li anke huma jpoġġu ħajjithom fil-periklu, fosthom l-Infermiera fid-Dipartiment tal-Emerġenza.
L-MUMN qalet ukoll li l-parkeġġ ta’ 500 karozza li skont il-Budget se jsir fl-Isptar Mater Dei hu bżonnjuż ħafna, tant li l-impjegati li jaħdmu fl-Isptar illum qed jgħaddu minn martirju ta’ kuljum.
//= $special ?>