– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia enfażizza l-importanza li Malta tkun imħejjija għal kull eventwalità li tirriżulta mill-Brexit; il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel din id-dikjarazzjoni wara li fil-parlament il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-ħidma tal-Kunsill Ewropew dwar Brexit u r-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Asja. Hu ta rendikont dwar l-andament u l-konklużjonijiet tas-summit.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni hi preokuppata dwar dak li ġiex maqbul fis-summit fejn fl-immigrazzjoni u s-sigurtà jista’ jsir ħafna iktar. Ftit hemm konfort fuq Brexit, sostna Adiran Delia, li kompla li n-negozjati għadhom għaddejjin. Jekk fid-29 ta’ Marzu li ġej ma jkunx hemm qbil biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE bi qbil, se jkun hemm inċertezza minħabba li din hi d-data li suppost r-Renju Unit toroġ mill-UE.
Se jkun hemm inċertezza dwar l-istudenti Maltin li jgħixu fir-Renju Unit u dawk li jimportaw il-karozzi mill-Ingilterra fost setturi oħra u anki problemi dwar jekk l-ajruplani Ingliżi jistgħux jinżlu fl-ajruport u jekk il-vapuri Ingliżi jistgħux jidħlu fil-portijiet. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Gvern ma trattax biżżejjed il-Brexit fil-bduget iżda l-importanti hu jekk Malta hix preparata għaż-żewġ eventwalitajiet. Hu staqsa lill-Prim Ministru jispjega x’qed jagħmel il-gvern Malti.
Id-deputat Nazzjonalista David Stellini qal li hemm inċertezza minn xjenzati u riċerkaturi li lesti jitilqu mill-Ingilterra jekk din toħroġ mill-UE u staqsa jekk Malta hix ppreparata biex tattira lil dawn ir-riċerkaturi. Hu staqsa wkoll jekk il-gvern għamilx rapport fuq l-effetti ta’ Brexit fuq Malta. David Stellini staqsa dwar l-eluf kbar ta’ ċittadini Maltin li jgħixu fir-Reju Unit u jekk il-gvern hux se jagħmel ftehim fil-każ li r-Renju Unit jitlaq mill-UE mingħajr qbil.
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici rrfiera għad-dikjarazzjoni li ħarġet wara s-summit u staqsa x’qed jifhem il-Kunsill dwar li l-UE u l-Afrika għandu jkollhom relazzjonijiet differenti. Hu staqsa wkoll dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u dwar x’mhux qed ikun implimentat.
Il-Prim Ministru Muscat wieġeb li issa d-diskussjoni dwar Brexit saret waħda tkenika u qal li l-kwistjoni mhix waħda dwar fruntiera iżda dwar l-integrità tal-pajjiż. Ir-Renju Unit qed isostni li jekk issir fruntiera bejn l-Irlanda ta’ Fuq u r-Repubblika Irlandiża se jkun hemm problemi kbar minħabba li dawn iċ-ċittadini huma intitolati għaċ-ċittadinanza Ewropea. Dan se joħloq problema minħabba t-toroq storiċi li hemm u li diffiċli jkunu kontrollati. Il-mument li issir fruntiera soldia bejn iż-żewġ naħat ikun hemm il-possibbiltà ta’ attakki terroristiċi u ta’ vjolenza.
L-uniku soluzzjoni vijabbli f’dan kollu hi waħda teknika fuq il-kwistjoni tal-fruntiera. Għad hemm żmien għal ftehim sensibbli jew isir posponiment għal ftehim sensibbli. Id-Dwana ta’ Malta hi fost l-aktar dipartimenti mħejjija jekk isseħħ Brexit. Dwar iċ-ċittadin Maltin li jgħixu fir-Renju Unit, il-Prim Ministru qal li din hi waħda mill-punti li hu l-inqas inwketat minħabba m’hemmx rieda ħażina minn xi waħda li n-nies jitkeċċew mill-pajjiż.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed jikkunsidra li jiftaħ ambaxxata fil-Ġappun wara li tinfetaħ dik tal-Ghana.
//= $special ?>