Futbol Sport

Manchester maħnuqa b’Maltin għall-konfront bejn United u Juventus

Illejla Ronaldo jirritorna mal-ewwel imħabba tiegħu

Illejla tirritorna l-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League fejn bla dubju li l-attenzjoni prinċipali se tkun fuq il-partitissima bejn Manchester United u Juventus.

Diversi Maltin jinsab f’Manchester biex aktar tard illejla jsegwu din il-logħba f’Old Trafford. Ma naqsux ukoll dawk l-avventurużi li waqt il-mawra f’din il-belt, ħadu l-opportunita’ jmorru qrib il-ground tar-rivali Manchester City – u l-inkejja ma naqsux.

Hu stamt li f’Manchester illum hemm ammont kbir ta’ Maltin, inkluż sostenituri tat-tim Taljan.

Enfasi partikolari illejla se tkun fuq il-Portugiż Cristiano Ronaldo li jirritorna fl-istadium li sawwru bħala stilla mondjali. Anke Paul Pogba se jkun qed jaffaċja lill-eks team tiegħu, wara li ma Juventus rebaħ diversi kampjonati.

Il-partita tibda fid-9pm.