Ma smajniex inċentivi biex iż-żgħażagħ ikunu nkoraġġuti jibdew il-professjoni vokazzjonali tat-Tagħlim. Dan in-nuqqas ta’ viżjoni mill-Gvern se jżid il-pressjoni li l-Għalliema preżenti diġà għandhom fuqhom.
Hekk qalet il-Union tal-Edukaturi UPE Voice of the Workers fir-reazzjoni tagħha għall-Budget, fejn tenniet kif dan il-Budget ma ta xejn lill-Edukaturi preżenti jew dawk li rtiraw. Bl-istess mod, lanqas ma kienet inkluża l-edukazzjoni inklussiva għall-istudenti b’diżabbiltà.
Min-naħa l-oħra, il-UPE Voice of the Workers faħħret l-inizjattiva marbuta ma’ “My Journey”, għalkemm innutat kif mhux il-Kulleġġi kollha se jkunu qed joffru l-istess servizzi lill-istudenti kollha.
Fuq kollox, il-Union innutat ukoll li reġa’ ma ssemma’ xejn dwar il-miżuri tas-sigurtà tant meħtieġa fl-Iskejjel, bir-riskju li l-Edukaturi u l-Istudenti jibqgħu f’sitwazzjoni vulnerabbli.
//= $special ?>