Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li weġġa’ b’magna

Raġel ta’ 53 sena mill-Isla qed isofri minn ġrieħi gravi wara li t-Tlieta filgħodu safa’ ferut waqt li kien qiegħed jaħdem fuq magna f’Ħal Far.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6 ta’ filgħodu.

Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei sabiex jassistu lill-vittma. Huwa ttieħed immedjamatment l-isptar Mater Dei fejn hemm ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

IL-pulizja għadha qed tinvestiga dan il-każ.