Viżibilment skomdu l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, ħarab milli jirrispondi jekk iż-żieda ta’ €2.33 għall-għoli tal-ħajja hix realment biżżejjed. Wara li evita li jirrispondi l-ewwel domanda ta In-Nazzjon, kellna nerġgħu nistaqsuh l-istess domanda biex forsi jtina risposta. Magħfus għal tweġiba, hu qal li biżżejjed jew mhux biżżejjed, kieku għalih €4 aħjar minn €3 u qal li hu m’għandux risposta għal
din il-mistoqija
Il-Ministru Scicluna u l-vici Prim Ministru Chris Fearne kienu qegħdin jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja. Madankollu tul il-konferenza huma naqqsu milli jsemmu li d-dejn tal-Gvern għal darboħra reġa żdied.. Ironikament, pero’ f’waħda mir-risposti tiegħu Scicluna qal li d-dejn huwa l-akbar saħta għall-pajjiż.
//= $special ?>