Martina Fenech, żagħżugħa ta’ 16-il sena mill-Belt, ġiet ikklassifikata fit-tielet post fil-Festival Internazzjonali tal-Mużika Universong.
L-istorja ta’ Martina hi waħda li tispira lil bosta – hi ilha tkanta minn età żgħira iżda kien riċentament meta kellha 15-il sena illi bdiet tieħu l-kant bis-serjetà mal-kowċ vokali tagħha, Phyllisienne Brincat.
Martina ħadet sehem f’bosta kompetizzjonijiet inklużi EuroPop Contest u KKI Talent Ġdid.
Fil-Universong ħadu sehem kantanti, kittieba u kompożituri minn 57 pajjiż differenti.
//= $special ?>