Il-fotografu tagħna li kien preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet mogħtija mill-Prim Ministru eżatt wara l-Budget, sab ma wiċċu din ix-xena ta’ raġel rieqed barra li sab il-kenn quddiem ħanut fejn wisq probabbli qatta’ l-lejl tiegħu.
Hu ritratt li jixhed l-ironija tal-kliem li lissen Muscat ftit tal-mumenti qabel meta ftaħar kemm hawn nies qed igawdu mis-surplus.
Ilbieraħ diversi unions ilmentaw illi l-ġid tal-pajjiż mhux jintlaħaq minn kulħadd, u li l-Gvern messu għamel ferm aktar fil-Budget.
//= $special ?>