Lokali Parlament

21 lokalità b’informazzjoni skorretta dwar il-ġbir tal-iskart… kunsilli lokali rrabbjati

– Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-bidu tal-iskema ta’ ġbir ta’ skart se jkun negattiv għaliex hawn 21 lokalità li għandhom informazzjoni skorretta dwar il-ġbir ta’ skart propju ftit qabel tibda din l-iskema.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li r-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali qed jintaqqru. L-Oppożizzjoni ma taqbilx li l-gvern qed jieħu r-responabbiltà tal-ġbir tal-iskart mingħand il-kunsilli lokali. Din hi waħda mill-agħar snin tal-kunsilli lokali wara 25 sena.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-kunsilli lokali kollha huma rrabbjati għaliex issa hmem rebus f’din is-sistema minħabba nuqqas ta’ konsultazzjoni anki mal-impjegati tal-kunsilli lokali. Hawn kunsilli lokali li ma jafu xejn dwar din is-sistema. Hu semma’ Ħaż-Żabbar fejn hemm rabja kbira bit-tqassim tar-reċipenti jsir minn fuq iz-zuntier tal-knisja, kif qed isir Ħal Tarxien.

Robert Cutajar semma’ email tas-Sindku tax-Xgħajra fejn qal lill-uffiċjali tal-Wasteserv li hemm konfużjoni u li min kien inkarigat li jagħmel xogħlu bieb bieb ma marx darba għand ir-residenti. Dan ħoloq kaos, sostna s-sindku lill-Wasteserv. Hu qallhom ukoll li hemm numru kbir ta’ nies inkluż hu (is-Sindku) stess li ma rċieva xejn. Hemm ukoll problemi f’Tal-Pietà fejn it-tqassim sar mill-iscouts! Hu semma’ l-problemi fil-Mellieħa u fis-Siġġiewi li ma kinux trattati bħal ħaddieħor. Fil-Ħamrun hemm problemi tant li l-kunsilliera lanqas iridu jitkellmu dwar il-problema.

Robert Cutajar semma’ diversi eżempji fejn il-ġbir tal-iskart se jsir f’ħinijiet li huma impossibbi biex ir-residenti joħorġu l-iskart minħabba li jkunu xogħol. Hu qal li l-Gvrn kellu jagħmel konsultazzjoni mas-stetur kummerċjali minn qabel. Il-Gvern se jkun qed jiddeċiedi hu limea reċipjenti jitpoġġew fil-festi. Dan hu nuqqas ta’ fiduċja fil-kunsilli lokali. Hemm 21 lokalità li għandhom l-informazzjoni skorretta dwar il-ġbir tal-iskart.

Il-Whip tal-PN appella biex l-AL jkun pospost u ssir konsultazzjoni anki mal-Oppożizzjoni. Hu appella wkoll għad-dixxiplina u sostna li l-Opożizzjoni se tkun mal-gvern fil-kampanja ta’ edukazzjoni biex il-poplu Malti jkun edukat dwar l-indafa ‘l barra mid-djar. Dan hu AL tajjeb iżda ma saritx konsultazzjoni dwaru. Il-Gvern qed jitratta lin-nies b’mod ħażin.