Lokali Parlament

“ABŻ għalikom” – il-Ministru Herrera

Jidher li l-inkwiet tal-iskema tal-iskart organiku qed iħawwad mhux ftit lill-Ministru tal-Ambjent

Fil-Parlament illejla, il-Ministru Jose Herrera spiċċa jitfixkel f’ilsienu tant illi minflok qal ABC lissen il-frażi ABŻ.

Malli qal hekk, deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra bdew jidħku.

Imma l-Ministru Herrera minflok waqaf hemm reġa’ qam u reġa’ tenna din il-frażi.