Futbol Sport

Andrew Cohen sospiż tliet logħbiet

(Ritratt: Matthew Tabone)

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda erba’ plejers wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa mill-Kampjonat BOV Premier. L-agħar li marru kienu Gżira United hekk kif il-midfielder Andrew Cohen ġie sospiż tliet logħbiet wara li tkeċċa fil-bidu tal-logħba kontra Senglea Athletic. B’hekk il-veteran se jitlef il-logħbiet kontra Balzan, Pietà u Valletta.

It-tliet plejers l-oħra kienu sospiżi logħba. Dawn huma Carlos Henneberg ta’ Ħamrun Spartans, Ferdinando Salvati ta’ Senglea Athletic u Joseph Zerafa ta’ Valletta.

Henneberg se jitlef il-konfront ta’ għada kontra Birkirkara, id-difensur Taljan Salvati se jitlef il-konfront kontra St. Andrews filwaqt li Zerafa mhux se jilgħab fil-logħba ta’ Valletta kontra Mosta.

Mill-Ewwel Diviżjoni, Erjon Beu ta’ Lija Athletic, David Azzopardi ta’ Mqabba u Maxim Focsa ta’ Pembroke Athleta kollha kienu sospiżi logħba, filwaqt li t-Team Manager ta’ Lija Colin Ciantar kien sospiż erba’ logħbiet.

Alan Tabone ta’ Marsaxlokk kien l-unika plejer sospiż fit-Tieni Diviżjoni u fit-Tielet Diviżjoni, Shaun Bonello ta’ Għargħur kien sospiż erba’ logħbiet, Nikola Tasic weħel tliet logħbiet sospiż filwaqt li l-kowċ tal-gowlkipers tal-istess klabb Franco Scicluna ġie sospiż sitt logħbiet.