Il-Prim Ministru Joseph Muscat ikkonferma li pajjiżna se jkompli jiftaħ il-bibien beraħ għall-barranin.
Hi din l-ammissjoni tal-Prim Ministru, li ghall-ewwel darba stqarr b’mod car hafna li l-Gvern qed jadotta din il-politika ta’ bibien miftuħa beraħ għall-barranin li jridu jidħlu fis-suq tax-xogħol.
Hu ddikjara dan wara li stħarriġ ta’ EY wera biċ-ċar li l-politika tal-Gvern dwar id-dinja tax-xogħol qed tfalli, tant li l-investituri li pparteċipaw innutaw li pajjiżna għandu nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet fl-ICT u t-telekomunikazzjoni, fis-servizzi finanzjarji u s-settur tal-assigurazzjonijiet.
Dan juri wkoll kif pajjiżna falla wkoll fl-edukazzjoni għaliex neqsin minn pjan, hekk kif inqasna milli nippreparaw lill-ġenerazzjoni taż-żgħażagħ tant li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu jammetti li l-unika soluzzjoni li fadlilna hi li jkomplu jiġu l-barranin jaħdmu f’Malta.
Din l-istqarrija, fid-dawl li pajjiżna diġa hu l-iktar pajjiż dens fl-Ewropa, bil-poplu Malti u Għawdxi li qed jesperjenza numru ta’ problemi bħal traffiku dejjem akbar u ammont ta’ skart li mhux nlaħħqu miegħu.
Hi wkoll konferma ta’ dak li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ilu jtenni għall-aħħar xhur, li pajjiżna mhux jibni ekonomija fuq setturi ġodda, iżda fuq żieda fil-popolazzjoni.
Fl-istess diskors Muscat ftaħar fit-tul ukoll dwar il-GDP ta’ pajjiżna, iżda ironikament dan id-diskors wasal eżatt qabel dak ta’ David Pilling, Editur tal-Financial Times.
Pilling, espert tal-ekonomija, ikkritika l-enfasi fuq il-GDP u fakkar kif anke d-droga u l-prostituzzjoni jikkontribwixxu għal GDP ogħla, iżda mhux neċessarjament huma affarijiet li wieħed jiftaħar bihom.
L-editur bi snin ta’ esperjenza ma’ The Financial Times irrimarka li n-numri tal-GDP faċilment jistgħu jiġu manipulati billi l-awtoritajiet jinkludu jew jeskludu dak li jixtiequ mill-kalkoli tagħhom.
//= $special ?>