Lokali

Ċiklista ssofri minn ġrieħi serji

Ritratt mill-arkivji

Ċiklista ta’ 24 sena sofriet minn ġrieħi serji wara li kellha impatt ma’ siġra.

Għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranosinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq Burmarrad f’Burmarrad.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn irriżulta li Kolombjana ta’ 24 sena tilfet il-kontroll tar-rota li kienet qed issuq u baqgħet dieħla f’siġra.

Fuq il=post issejħet ambulazna li ħadet lill-Kolombjana l-Isptar Mater Dei. Aktar tard ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marcen Farrugia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjn.