Lokali Parlament

Għandu jsir proċess ta’ konsultazzjoni dwar regoli ġodda dwar il-ġbir tal-iskart

– Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li għandu jsir proċess ta’ konsultazzjoni dwar regoli ġodda dwar il-ġbir tal-iskart biex jinbidel l-AL li ressaq il-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Oppożizzjoni temmen li l-iskop wara din il-liġi hu tajjeb u ta’ importanza vitali għaliex hu l-ġebla tax-xewka għall-istrateġija nazzjonali fil-ġbir u s-seperazzjoni tal-iskart. Hu qal li jirriżulta li l-kunċett tat-tnaqqis mhux qed jaħdem. Tant fiha żbalji din l-Avviż Legali li bilfors dan kien riżultat ta’ għaġġla.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-AL, żewġ terzi tal-lokalitajiet m’għandhomx ħin tal-ġbir tal-borża l-bajda. Għalhekk l-AL għandu jitħassar iżda għanud jkun hemm AL ġdid li jsir wara proċess ta’ konsultazzjoni serja. Fil-verżjoni bl-Ingliż il-kunsill lokali ta’ Ta’ Xbiex fejn m’hemmx ħinijiet meta se jinġabar il-ħġieġ. Fil-liġi m’hemmx kjarezza, sostna Jason Azzopardi, li qal li f’numru kbir ta’ lokalitajiet hemm tabella meta tinġabar il-borża s-sewda u l-griża iżda mhux meta tkun miġbura l-borża l-bajda.

L-AL sar b’nuqqasijiet, sostna Jason Azzopardi, li kompla li l-pajjiż jinsab l-ewwel mill-aħħar f’dan is-settur. Hu kompla li l-Oppożizzjoni għandha raġun tant li l-AL se jkun rivedut. Il-gvern għandu jassigura ċ-ċertezza legali. Problema oħra li m’hemmx bar coding u allura mhux ċar min se jinforza l-AL għaliex mhux se jkun possibbli li jku magħruf min ħareġ il-borża l-żaina fl-appartamenti.

Jason Azzopardi staqsa dwar il-loġistika tal-kuntratti li l-kunsilli lokali diġà għandhom mal-kuntratturi, dwar il-penalitajiet, dwar il-monitoraġġ biex ma jkunx hemm abbuż u dwar liema impjant se jkun qed jirċievi l-iskart organiku nadif. Hu saħaq fuq l-importanza li l-iskart ma jitħallatx u dwar l-importanza tal-użu tal-materjal irkuprat. Id-deputat Nazzjonalista qal li ħafna familji għadhom fil-għama fejn għadhom lanqas intbagħtu fuljetti.

Hu qal li f’Raħal Ġdid kien hemm xeni ta’ kjuwiet ta’ nies għar-reċipjenti; l-istess bħal ma kien hemm Ħal Tarxien. Fil-Mosta tqassmu biss 1,000 reċipjent mit-8,000 li kellhom jitqassmu. Hu staqsa jekk il-familji barranin kinux informati bit-tibdil. Se jkun hawn konfużjoni! sostna Jason Azzopardi, li kompla li hu mportanti li jkun speċifikat fejn imur l-iskart organiku li jiġi minn Għawdex.

L-iskart għandu valur u għalhekk għandu jkun ikkunsidrat f’dan il-kuntest, sostna Jason Azzopardi, li kkritika wkoll il-ħinijiet tal-ħruġ tal-iskart li m’humiex konvjenenti.