L-FBI Amerikana fetħet investigazzjoni u saħħet is-siġurtà madwar il-politiċi ewlenin wara li kienu interċettati ittri-bomba lill-eks President Amerikan Barack Obama u lill-eks President Bill Clinton.
Kien hemm ukoll rapporti li kienet intereċettata ittra-bomba li kienet indirizzata lill-White House, imma dan ir-rapport kien miċħud.
Apparti minhekk, l-uffiċjali Amerikani qalu li l-President Donald Trump kien qed jinżamm aġġornat bl-aħħar żviluppi f’dan il-każ.
Kien hemm ukoll każi simili fost l-oħrajn fil-bini tas-CNN, fi New Yor u mara Membru tal-Kungress Amerikan għall-Partit demokratiku, l-istess partit ta’ Clinton u Obama.
Is-sejba saret ġurnata wara li ittra-bomba ntbagħtet lill-biljunarju George Soros, li hu attiv ħafna politikament.
Imma din l-ittra kienet interċettata mill-uffiċjal tas-servizzi sigrieti li jifli l-posta tal-koppja. L-ittra lil Obama wkoll kienet interċetta minn uffiċjal tas-servizzi sigrieti fil-kapitali, Washington.
Fiż-żewġ każi, l-ittri-bomba nstabu waqt xo-għol ta’ rutina li jsir fil-posta tal-eks Presidenti. L-uffiċjali saħqu li l-ittri-bomba qatt ma waslu fid-destinazzjoni tagħhom u li l-persuni li għalihom kienu indirizzati qatt ma kienu fil-periklu.
Clinton bħalissa jinsab fi Florida għal attivitajiet politiċi b’rabta mal-elezzjonijiet li se jsiru f’Novembru. Kelliem għas-servizzi sigrie-ti inkarigati mis-sigurtà tal-Presidenti Amerikani qal li issa kienet infetħet investigazzjoni kriminali u li fiha kienu se jintużaw ir-riżorsi kollha għad-diżpożizzjoni tagħhom. F’din l-investigazzjoni qed tieħu sehem anki l-FBI.
//= $special ?>

