Ambjent Lokali

Joħroġ il-permess għall-pool ta’ Ian Borg

L-ngo's li opponew għall-iżvilupp fuq art ODZ ma kienux preżenti

L-Awtorita’ tal-Ippjanar injorat l-oppożizzjoni li kien hemm minn numru ta’ għaqdiet u residenti biex xorta tat l-approvazzjoni ħalli l-Ministru Ian Borg jibni art ODZ biswit ir-residenza tiegħu f’Ħad-Dingli – art illi fuqha se jħaffer pool u jiżviluppa zona rikreattiva.

Il-premess għal dan l-iżvilupp ingħata f’laqgħa li saret ilbieraħ u li għaliha ma kienux preżenti dawk illi oġġezzjonaw.

Kienet id-Development Control Commission tal-Awtorita’ tal-Ippjanar li vvutat b’mod unanimu.